[{"data":1,"prerenderedAt":127},["ShallowReactive",2],{"blog:\u002Fblog\u002F751\u002Fil-maratona-tghawdex-dun-anton-refalo":3},{"id":4,"title":5,"archived":6,"author":7,"body":8,"date":113,"description":114,"extension":115,"image":116,"imageAlt":117,"lang":118,"meta":119,"navigation":120,"path":121,"seo":122,"sitemap":123,"stem":124,"translation":125,"__hash__":126},"blog\u002Fblog\u002F751\u002Fil-maratona-tghawdex-dun-anton-refalo.md","Il-Maratona Għawdxija minn Dun Anton Refalo","https:\u002F\u002Fweb.archive.org\u002Fweb\u002F20231202043402\u002Fhttps:\u002F\u002Fwww.rungozo.org\u002Fblog\u002F751\u002Fil-maratona-tghawdex-dun-anton-refalo","Dun Anton Refalo",{"type":9,"value":10,"toc":109},"minimark",[11,15,23,29,32,56,74,79,82,85,90,93,99,104],[12,13,14],"p",{},"Jekk issemmi din l-attivita’ illum fix-Xagħra, ifisser li tkun qed tidħol fi storja, ġaladarba attivita’ li titlob tant kilometri ta’ ġiri u li ma taffordjax tlugħ u nżul fil-korsa tagħha, meħtieġ allura immorru lura biex naraw kif kellha l-bidu din l-attivita’, hawn fix-Xagħra.",[12,16,17,18,22],{},"Il-“Maratona” inħolqot hawn (fix-Xagħra) minn għadd ta’ żgħażagħ li mill-",[19,20,21],"strong",{},"1976"," kienu joħolmu bil-kbir – inġenwinament ma jafux fejn iridu jaslu – mimlija enerġija, bi spirtu ta’ għaqda, “flimkien” (kif kien il-motto tagħhom), fiċ-Ċirklu taż-Żghażagħ.",[12,24,25,26],{},"Vera, ġirja li kienet tinvolvi mhux lill-barranin, bħal-lum, imma lilhom kollha: żgħazagħ u adulti, b’dawk l-appuntamenti spissi ta’ filgħaxijiet għad-dawl tal-qamar jew dlam ċappa, ksieħ jew sħana, nżul u tlugħ minn Marsalforn għar-Ramla u lura, tlajja li taqta nifsek issemmihom. ",[19,27,28],{},"Hekk kien il-bidu.",[12,30,31],{},"Kellhom żmien sabiħ fit-tmeninijiet u aktar fis-sajf, jilqgħu fiċ-Ċirklu taż-Żgħażagħ gruppi ta’ żgħażagħ Maltin u jaqsmu esperjenzi magħhom.",[12,33,34,35,39,40,43,44,47,48,51,52,55],{},"Daqstant ieħor kellhom esperjenzi ma’ żgħażagħ Taljani li għal diversi snin – fis-sajf – kienu jingħaqdu magħna: kienu huma li ikkonjaw (f’Ruma) il-medalji fil-bronż. Atleta fuq sfond il-Ġgantija – għall-attivita’ ‘",[36,37,38],"em",{},"Caccia al Tesoro","’ mar-raħal kollhu u li kienet l-entużjażmu ta’ kullħadd. Daħlu l-logħob tal-",[36,41,42],{},"volleyball"," u l-",[36,45,46],{},"basketball"," fil-",[36,49,50],{},"grounds"," taċ-Ċirklu u jibqgħu jissemmgħu, fuq kollox, il-famużi ",[19,53,54],{},"Logħob taż-Żgħażagħ"," ġewwa Pjazza l-Vitorja, li kienu jikkonsistu f’logħob storiċi li jolqtu r-raħal mill-Preistorja sa żminijietna. Logħob mibni fuq l-istil tal-folklor storiku Taljan li tant huma kburin bih.",[12,57,58,59,62,63,66,67,43,70,73],{},"Sa ftit snin ilu kien parti wkoll mill-festa tar-raħal, anzi kien attrazzjoni partikulari, uniku f’Malta u kien jiġbed mijiet ta’ żgħażagħ u nies. Sa waslu – it-Taljani – biex joħolqu kuluri għat-timijiet, kollha bl-emblemi tagħhom u isem it-timijiet fuq flokkijiet li wkoll inħadmu l-Italja. Kien jonqos biss il-kostumi tal-epoka. L-erba timijiet – is-",[19,60,61],{},"Sansuniti",", il-",[19,64,65],{},"Ġganti",", is-",[19,68,69],{},"Sanvernini",[19,71,72],{},"Odissini"," kienu jopponu l-xulxin u akkaniti ferm tant li anke kienu ġabu permers biex ssir korsa taż-żwiemel bħala parti mil-Logħob.",[12,75,76],{},[19,77,78],{},"Dan l-ispirtu ta’ logħob ma stajtx inħalliħ barra għax tassew kien qawwi daqs il-Maratona.",[12,80,81],{},"Dan kollhu li rrakkontajt – ftit mill-ħafna – jirrifletti biss dak li ġejt mitlub nikteb dwaru llum.",[12,83,84],{},"Għalija, li kont responsabbli sa mill-bidu nett, nara wara dan li rrakkontajt, l-aspett kulturali u reliġjuż li kienu jħaddnu iż-żgħażagħ tagħna u li fuqhom ġew iffurmati. Għalija, dejjem skont it-twemmin tiegħi, l-ispirtu reliġjuż, dak kulturali u sportiv huma aspetti fundamentali u inseparabli għall-formazzjoni ta’ bniedem sħiħ. Biżżejjed tinjora wieħed minnhom u issibek izzappap fit-tnejn l-oħra.",[12,86,87],{},[19,88,89],{},"Hekk rajthom liż-żgħażagħ tagħna. Emmint fihom u għixt magħhom din l-avventura għal 36 sena.",[12,91,92],{},"Ninżlu Issa għar-realta’ tagħna.",[12,94,95,96],{},"Illum li ninsabu fl-era elettronika ġa nistgħu naraw ir-riżultati li qed tħalli fuq iż-żgħażagħ – minkejja l-ispirtu tal-fantasija u l-kreattivita’ li ż-żgħożija taf toħloq fil-bniedem. Kif jistgħu żgħażagħ jerġgħu jiskopru l-valuri supremi li jagħtuhom sens u direzzjoni fil-ħajja meta jinsabu iżolati għax forsi inqabdu ilsira ta’ oġġett elettroniku? Forsi qiegħdin jgħixu f’utopja. ",[19,97,98],{},"Għalhekk, il-ġiri, l-organizzazjoni ta’ attivitajiet bħall dawn u l-għaqda huma modi ta’ kif nistgħu nikkalibraw rwieħna.",[12,100,101],{},[19,102,103],{},"Kollox jista jsir għal min jemmen.",[12,105,106],{},[19,107,108],{},"Kun konvint u ikkonvinċi.",{"title":110,"searchDepth":111,"depth":111,"links":112},"",2,[],"2023-01-24","Our founder’s original account of how the race began, in Maltese.","md","\u002Fimgs\u002Fblog\u002F751.webp","Fr. Anton Refalo speaking at a prize-giving in Xagħra Square","mt",{},true,"\u002Fblog\u002F751\u002Fil-maratona-tghawdex-dun-anton-refalo",{"title":5,"description":114},{"loc":121},"blog\u002F751\u002Fil-maratona-tghawdex-dun-anton-refalo","\u002Fblog\u002F758\u002Fthe-gozo-half-marathon-fr-anton-refalo","K1i9GLL-rgxGpksJCaI1_KztPsb-aqIhC8q5Ai-bwBM",1791049771353]